Logħob tal-karti Playing cards

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal LOGĦOB TAL-KARTI għandu żewġ partijiet. L-ewwel isir is-sinjal għal LAGĦAB biż-żewġ idejn forma ta’ 5 bis-swaba’ mifrudin u bil-pala tħares ’il ġewwa. L-idejn jibdew imrikkba fin-nofs u jimxu lejn il-ġnub. Ġieli is-swaba’ jferfru ftit. Imbagħad isir is-sinjal għal KARTI (TAL-LOGĦOB). L-idejn jinbidlu fil-forma tas-sinjal għall-ittra T, jiġifieri forma ta’ ponn imma bil-werrej mgħolli ftit u s-saba’ l-kbir wieqaf u bil-pala ta’ id tħares lejn il-pala l-oħra. Id waħda tibqa’ wieqfa. L-id l-oħra timxi ftit lejn il-ġenb waqt li tagħti xi skossi ’il quddiem.

The sign for PLAYING CARDS has two parts. First, the sign for PLAY is made. The hands turn with fingers neatly apart and palms facing inwards and move slightly away from each other and back again twice or more. Sometimes the fingers flutter. Then the sign for (PLAYING) CARDS is made. The hands change to the shape for the sign for the letter T, that is, fists but with the index finger raised a little and the thumb upright. The palms face each other. One hand remains stationary. The other hand moves towards the side a little whilst it makes jerky movements forward.